Kurżitajiet

Il-logħba tal-Pokemon li “ġennet” lill-Amerikani – spiċċaw jiġru wara l-mostri, isuqu b’mod perikoluż u saħansitra jmutu!

Żgħażagħ, tfal u adulti – kulħadd donnu iffissa fuq din il-logħba l-ġdida li ġiet imnedija ftit tal-jiem ilu fl-Amerika u fl-Awstralja. Hija l-logħba Pokemon Go, li ġennet lil bosta persuni li spiċċaw litteralment imwaħħlin maċ-ċellulari.

Il-logħba hija sempliċi – ġlieda kontra l-mostri fid-dinja reali. Fi kliem qasir, il-mostri tal-Pokemon jidhru fuq l-iskrivanija tax-xogħol, fil-bajja, fil-kċina, fil-karozza waqt li qiegħed issuq, il-gym waqt li tkun qed titħarreġ – kull fejn tista’ timmaġina.

Tant kien hawn min spiċċa ossessjonat b’din il-logħba li ġew rappurtati każi ta’ sewqan perikoluż ta’ nies li kien qed isegwu l-mostri, żgħażagħ li weġġgħu u kisru idejhom, u saħansitra każ ta’ ġuvni li nstab mejjet fi xmara wara li waqa’ għal isfel.

F’Malta din il-logħba għadha mhix aċċessibbli fuq il-mobiles. Anke fir-Renju Unit għad hemm stennija biex tasal din l-app. L-istess fil-kumplament tal-Ewropa, il-Kanada u l-Amerika Latina.

pOKEMON

Iżda ma qtajniex qalbna. Aktar tard provajna inniżlu l-logħba b’metodu ieħor u irnexxielna!

Sibna mostri ħdejn il-Pjazza ta’ Fra Diegu l-Ħamrun, u taħt il-monument ta’ Spencer Hill.

spencer

Il-kumpanija li tuża l-isem Pokemon inħolqot fl-1995, u 20 sena wara ġiet żviluppata l-logħba minn Nintendo.