Internazzjonali Kurżitajiet

Filmat: Jerfa’ 500kg u tinfaqalu arterja f’rasu

Eddie Hall hu l-ewwel persuna fid-dinja li rnexxielu jerfa 500kg f’daqqa. Madanakollu hekk kif refa’ l-500kg, infaqgħetlu arterja f’rasu u ntilef minn sensieħ.

Fil-filmat, Hall jidher jieħu nifsijiet qawwija, jerfa’ l-500kg u wara ftit sekondi li jsir aħmar nar, jitlaq il-piż mal-art u jinżel fuq irkoptejh. Kien f’dak il-ħin li hu ntilef minn sensieħ u mingħajr ebda dewmien, diversi persuni marru jtuh l-ewwel għajnuna. Fortunatament, Hall qiegħed jirpilja sew minn dan l-inċident u ma jidhirx li se tkun xi ħaġa permanenti.

Eddie Hall, iktar magħruf bħala ‘The Beast‘ ammetta li għalkemm dan huwa rekord li ilu jaħdem ħafna għalih, kważi qatltu. Qabel kiser dan ir-rekord, Hall diġà kien refa’ 465kg f’daqqa, u bħalu kienu refawhom żewġ kompetituri oħra. B’hekk hu beda’ jaħdem biex jikser rekord ikbar.