Żagħżugħ Franċiż ta’ 16-il sena weġġa’ fuq il-baħar fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-ġuvni waqa’ minn fuq dik li hi magħrufa bħala banana boat ride u sofra xi ġrieħi.
L-inċident seħħ fil-kosta ta’ San Ġiljan għall-ħabta tat-3:25. Iż-żagħżugħ jidher li qed isofri minn grieħi ta’ natura ħafifa
Huwa ttieħħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Giljan għadhom għaddejjin.
//= $special ?>