Dalgħodu l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija. Il-Quddiesa saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għax-xogħol tagħhom għaliex iċ-ċittadini ta’ pajjiżna għandhom bżonn il-ħidma tagħhom għall-ordni fil-pajjiż u sabiex iħossuhom protetti.
Tkellem wkoll dwar il-bżonn li bħala membri tal-korp ma jħallux il-poter li jkollhom jiġri bihom imma jibqgħu umli u jassiguraw l-ordni soċjali biex id-drittijiet tal-bniedem ikunu rispettati.
L-Arċisqof Scicluna spjega wkoll numru ta’ parabboli fejn Ġesu’ wera li kien ta’ għajnuna għall-ħaddieħor u dan l-istess bħall-missjoni tal-Pulizija.
Qal wkoll li fit-talb tagħha l-Knisja titlob biex fil-ħidma tagħhom il-membri tal-Korp jibqgħu dejjem jaqdu dmirijiethom kif l-aħjar jistgħu.
//= $special ?>