L-MEP Ġermaniż Werner Langen se jkun qed imexxi l-Kumitat ta’ Inkejsta fi ħdan il-Parlament Ewropew illi qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama.
Langen, li ġej mill-Partit Popolari Ewropew, inħatar fl-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kumitat li saret dalgħodu fl-10am. Minn issa l-quddiem, dan il-Kumitat se jibda jkun magħruf bħala Kumitat Pana.
Fl-istess laqgħa ta’ dalgħodu nħatru l-Viċi Presidenti ta’ dan il-Kumitat.
Minkejja l-għidut illi l-Kumitat kien se jibda jiffunzjona wara s-Sajf, fil-fatt il-Kumitat Pana ma ħeliex ħin u se jkun qed jibda minn issa jinvestiga dan l-iskandlu internazzjonali li fih hemm imsemmi wkoll il-Ministru Malti Konrad Mizzi.
F’dan il-kumitat hemm l-MEP’s tal-PN David Casa u Roberta Metsola. L-MEP Pollakk Darius Rosati se jkun il-kelliem tal-PPE f’dan il-Kumitat.
//= $special ?>