L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA) ressqet protest ġudizzjarju fil-konfront tal-Segretarju Permanenti Prinċipali u s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali sabiex fizzjali tal-pulizija jitħallsu tas-siegħat extra li ħadmu waqt is-Summit tal-Migrazzjoni u ċ-CHOGM f’Novembru li għadda.
L-MPA qalet li xi fizzjali ħadmu iktar minn 150 siegħa extra waqt iż-żewġ summits u l-Gvern għadu jinsisti li dawn is-siegħat huma każ ta’ “disturbance allowance”. Xi ħaġa li l-Assoċjazzjoni qed tirrifjuta għeliex il-fizzjali kienu sfurzati jaħdmu dawk is-siegħat.
L-Assoċjazzjoni qalet li l-pulizija huma parti mis-servizz pubbliku u għandhom jibbenefikaw minn kundizzjonijiet bażiċi, ewlenija fosthom, ħlas ta’ xogħol imwettaq.
L-MPA qalet li hi lesta tieħu kull azzjoni li tipprovdi l-liġi sakemm titranġa s-sitwazzjoni.
//= $special ?>