Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Imsida jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fi Triq Tat-Tarġa, il-Magħtab. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.45 u jidher li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’garaxx fuq dinghy għal xi raġuni nħaraq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr I. Farrugia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.