Għall-ħabta tas-14.00 seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali l-Imsida, f’direzzjoni lejn Santa Venera. L-inċident jidher li seħħ bejn 3 vetturi karozza tat-tip Fiat Uno, Ford Focus u Toyota Vitz. Ir-raġel li kien fil-karozza Fiat Uno ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Minħabba dan l-inċident jidher li ġie kkawżat numru kbir tat-traffiku fiż-żona u fl-inħawi tal-madwar. Is-sewwieqa huma mħeġġa jevitaw iż-żona minħabba l-konġestjoni tat-traffiku kkawżata minn dan l-inċident.
Filmat t’hawn taħt ta’ Joseph Sarah Vassallo/facebook
Ritratt ta’ Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>