It-Tlieta ġiet ippreżentata petizzjoni lil Deborah Schembri, is-Segratraju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv fejn fiha nies protestaw kontra l-applikazzjoni ta’ 3 blokkijiet ta’ 27 appartament b’ħames sulari f’Ħal Lija. Iż-żona li fiha hemm din l-applikazzjoni hija żona fejn fiha jinsab biss bini b’żewġ sulari.
Il-petizzjoni kienet organizzata mir-residenti fejn u kif ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija fejn fiha huma oġġeżjonaw għall-bini bħal dan f’Ħal Lija, lokal li anke fil-pjan lokali huwa kontra żviluppi bħal dawn.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qed jappella lill-awtoritajiet konċernati biex jagħtu widen il-poplu Lijan u ma’ jħallux dan il-proġett ta’ żvilupp issir. Id-deċizzjoni dwar dan l-iżvilupp għandha tigi deċiża llum l-Erbgħa. Id-deċizzjoni se tittieħed primarjament fuq l-punt P6, li jfisser li dan il-bini huwa mibni f’żona fejn hemm il-villel u suppost dan dan għandu jiġi infurzat. Id-disinn tal- iżvilupp bħal dan ifisser li se jkun hemm bini għoli ħafna mqabbel mal-bini ta’ madwaru.
Hemm tħassib ukoll minħabba l-mod kif dan se jkunu mibnija dawn l-appartamenti fejn żgur mhux forsi jekk dan se jibqa’ kif inhu pjanat se jħassar l-estetika tal-lokal ta’ Ħal Lija.
//= $special ?>