L-eks Segretarju tal-Istat Amerikan, Hillary Clinton, li hi kważi ċerta min-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku biex tikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti, ingħatat appoġġ pubbliku, bħala kandidat, mingħand l-akbar rivali għan-nomina – is-Senatur minn Vermont, Bernie Sanders.
Fil-fatt, Sanders deher ma’ Clinton waqt avveniment għall-kampanja Demokratika fi New Hampshire, wara li huma daħlu f’negozjati, ladarba deher ċar li Clinton hi, ftit jew wisq, garantita min-nomina tal-partit biex tisfida lill-kandidat tal-Partit Repubblikan, Donald Trump.
Il-partitarji ta’ Sanders, fil-parti kbira, se jappoġġjaw lil Clinton fi sforz biex Trump ma jiksibx it-tikketta ‘finali’ għall-White House.
//= $special ?>