Dr Joseph Caruana, xjenzjat Malti attenda għall-laqgħa annwali tal-Lindau Nobel Laureate li l-iskop tagħha hu li jlaqqa xjenzjati żgħażagħ minn madwar id-dinja ma’ dawk ta’ esperjenza kbira u li jkunu rebħu l-premju nobel fil-qasam tagħhom. Dr Caruana tkellem ma’ Net News dwar l-opportunità unika li kellu biex jitkellem dwar ir-riċerka tiegħu.
Ir-riċerka tiegħu tiffoka fuq l-ewwel oġġetti li ffurmaw fl-univers. Partikolarment, dwar l-ewwel grupp ta’ xmux li ġew iffurmati u kif evolvew għal dik li għandna bħalissa, fosthom il-galaxy tagħna magħrufa bħala t-Triq ta’ Sant’Anna (il-Milkway).
Dr Caruana jħeġġeġ lill-istudenti li jitħarrġu fix-xjenza sabiex ma jaqtgħux qalbhom għax jeżistu ħafna opportunitajiet kbar ħafna għalihom, speċjalment issa li Malta qed tieħu sehem bi sħiħ f’diversi proġetti attivitajiet internazzjonali f’dan il-qasam.
B’rabta ma’ dan is-suġġett, nhar il-Ħamis 21 ta’ Lulju fl-Università antika tal-Belt se ssir taħdita fuq x-xjenza għall-pubbliku. Kulħadd huwa mistieden jattendi, kemm tfal u kemm anzjani.
//= $special ?>