Internazzjonali

AĠĠORNATA: 27 mejta fil-Puglia; “żball uman” jikkawża l-inċident

Sa dalgħodu telgħu għal 27 il-persuni li mietu fl-inċident ferrovjarju tal-Puglia. 50 oħra indarbu fl-istess inċident.

L-investigaturi qed jimxu fuq it-teżi illi dak tal-bieraħ kien “żball uman”.

Il-ġurnali fl-Italja dalgħodu qed jirrappurtaw bi prominenza din it-traġedja b’uħud minnhom jikkwotaw stejjer ta’ tfal żgħar illi ħarġu weħidhom mit-tifrik.

Il-ferroviji spiċċaw ħabtu head-on f’parti tal-linji fejn kien hemm binarju wieħed bejn Corato u Andria.

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma tinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet Taljani u kkonfermat li s’issa ma jidhirx li hemm Maltin fost il-vittmi jew midruba fl-inċident li seħħ ilbieraħ.