Lokali

Filmat: Kunċert mużikali u strumentali mill-banda Pinto f’Ħal Qormi

Destiny, Kevin Borg u Vincenzo Cantiello huma tlett kantanti li flimkien ma’ oħrrajn se jkunu qed jieħdu sehem waqt il-kunċert vokali u strumentali li se jsir f’Ħal Qormi.

Il-Kunċert se jsir il-Ħamis filgħaxija u se jkun organizzat mis-Soċjeta’ Filarmonika Pinto Banda San Bastjan. Dan il-kunċert se jkun preżentat minn Ben Camille

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Roderick Vella, s-Segretarju tal-Każin qal li din is-sena qed jistennew li l-pubbliku jattendi bi ħġaru bħas-sena l-oħra.

Minn naħa tiegħu Charles Spiteri il-President tal-Każin San Bastjan qal li l-kunċert li jibda fit-tmienja u nofs ta’ filghaxija se jkun qed joffri mużika ta’ kull inkluż mużika klassika.

Il-banda ta’ San Bastjan se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Domenic Darmanin.