Il-Pulizija, aktar tard illum, mistennija tressaq lil-Andrew Mangion quddiem il-Qorti. Andrew Mangion hu l-eks raġel tal-vittma Eleanor Mangion Walker li ġimgħa ilu instabet bla ħajja ġo maħżen fil-limiti ta’ Ħal Qormi ġo borża tal-plastik qalb numru ta’ pallets.
L-omm ta’ 33 sena, allegatament ġiet maqtula ġo garaxx tar-residenza tal-koppja fis-Swieqi. Huma kienu jogħqodu fl-istess dar flimkien, minkejja li kien għaddej il-proċess ta’ separazzjoni. L-ewwel investigazzjonijiet juru li Eleanor Mangion Walker inqatlet fis-Swieqi, u ttieħdet b’van fil-maħżen f’Ħal Qormi. L-aħħar li Eleanor Mangion Walker dehret kien is-Sibt 2 ta’ Lulju, qabel ma ġiet irrappurtata nieqsa.
Wara kważi 48 siegħa ta’ tfitxxija għall-eks raġel Andrew Mangion, hu rrapporta l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulziija biex jgħin fl-investigazzjonijiet.
Is-suspettat ewlieni tal-qtil, Andrew Mangion, se jitressaq illum fil-5.30pm.
//= $special ?>