Kurżitajiet

Invażjoni ta’ Pokestops fil-Belt!

Ir-rapport li ppubblikajna ilbieraħ f’dan is-sit dwar il-logħba l-ġdida Pokemon Go inqara minn eluf ta’ persuni illi qed isegwu b’attenzjoni din il-fissazzjoni ġdida, li bdiet fl-Istati Uniti u l-Awstralja.

F’Malta, jidher li għandna diversi postijiet mimlija bil-mostri virtwali tal-Pokemon. L-aktar li qed jissemmew huma l-Imdina, l-Għadira u x-Xatt tal-Gżira.

Fil-kapitali imbgħad hemm dawk magħrufa bħala Pokestops. X’inhuma dawn?

Il-Pokestops huma postazzjonijiet fejn wieħed jista’ jsib oġġetti bħala parti minn din il-logħba. Dawn jinkludu blalen li jintużaw fil-logħba stess u oġġetti oħra li jintużaw fl-inventarju.

Jidher li fil-Belt bħalissa hemm invażjoni ta’ Pokestops. Fl-Imdina, minn naħa l-oħra, hemm diversi Pokemon – tant li dalgħodu dehru bosta żgħażagħ jiġru wara dawn il-mostri. Bil-Pulizija ma jifhmux eżatt x’kien qed jiġri!

Pokemon-Go