Il-Matriculation and Secondary Education Certificate Examination Board (MATSEC Examination Board), fuq il-paġna uffiċjali tal-Facebook tagħhom, ħabbru li ġiet ippublikata l-istatistika tal-eżamijiet tar-riżultati tal-Advanced u Intermediate Levels. Għaldaqstant wara li għandhom il-marki kollha f’idejhom, issa beda l-pass li jmiss fejn qed jintbagħtu r-riżultati lill-istudenti bil-marki tagħhom.
Il-MATSEC ħabbret li l-istatistika tar-riżultati tas-sessjoni tal-eżamijiet ta’ Mejju 2016 issa huma aċċessibli fuq is-sit elettroniku tal-Universita’ ta’ Malta.
L-istatistika provduta fuq is-sit turi t-total ta’ studenti li għamlu l-eżamijiet rispettivi, flimkien mat-total ta’ studenti li ġabu l-marki tagħhom fil-kategoriji bil-gradi minn A sa F.
L-iktar suġġett li weħlu minnu l-istudenti tal-Advanced Level kien il-Pure Mathematics, li matul is-snin dejjem weħħel l-akbar ammont ta’ studenti, b’din is-sena jeħlu 148student. Is-Systems of Knowledge kien l-aktar suġġett li weħlu fih studenti li għamlu l-ezamijiet tal-Intermediate b’total ta’ 341 jeħlu.
Minn naħa l-oħra l-aktar suġġett li ġabu l-għola marki fih hu l-Biology, fejn kienu 74 li kisbu l-grad ta’ ‘A’ għall-eżamijiet tal-Advanced Levels. Fuq livell tal-eżamijiet Intermediate Levels kien is-Systems of Knowledge li kisbu l-grad ta’ A, b’total ta’ 174 student.
L-aktar eżami li poġġew għalih studenti hu s-Systems of Knowledge b’2131 student u studenta, dan minħabba li dan is-suġġett hu obbligatorju li wieħed jgħaddi minnu biex wieħed ikun jista’ jkompli l-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta.
Statistika dettaljata dwar ir-riżultati tal-eżamijiet tal-Advanced Levels:
Statistika dettaljata dwar ir-riżultati tal-eżamijiet tal-Intermediate Levels:
Minn naħa tagħna, nawguraw lil dawk kollha li qegħdin jirċievu b’ħerqa dawn ir-rizultati.
//= $special ?>