Numru ta’ studenti bħalissa qegħdin fuq ix-xwiek jirċievu r-riżultati tal-O Levels, fejn dawn ir-riżultati se jiddeterminaw il-karriera tax-xogħol tagħhom jew inkella l-pass li jmiss fl-istudji tagħhom.
Il-MATSEC ippublikat l-istatistika tal-eżamijeit tas-sessjoni ta’ Mejju 2016 fuq is-sit elettroniku tagħhom. Din l-istatistika turi t-total ta’ studenti li għalih irreġistaraw l-istudenti għal kull eżami rispettivament, it-total ta’ studenti maqsumin fuq PAPER IIA u PAPER IIB, u l-gradi li ġabu l-istudenti minn l-aqwa marka ‘1’ sa l-marka li ma tgħoddx ‘U’.
Total ta’ 5799 student rreġistraw għall-eżamijiet ta’ Mejju 2016 tal-O Levels.
Il-Matematika, sfortuantament, żamm ir-reputazzjoni tiegħu hekk kif fih weħlu l-akbar ammont, b’total ta’ 918-il student. Minn total ta’ 4597 student li rreġsitraw biex jagħmlu dan l-eżami, 215-il student ma attendewx għalih. Fuq nota pożittiva, skont l-istatistika ippublikata mill-MATSEC, fil-Matematika rajna l-akbar numru ta’ studenti li kisbu l-għola grad ta’ marka possibli, dik ta’ ‘1’.
Meta wieħed jgħodd flimkien l-istudenti li ma marrux għall-eżami flimkien ma’ dawk li m’għaddewx mis-suġġett, il-Matematika għandha l-għola persentaġġ b’24.6% ma jgħaddux, filwaqt li l-Malti għandu persentaġġ ta’ 24.4%.
L-aktar suġġett li għalih għamlu l-eżami l-istudenti kien l-Ingliż, fejn għalih rreġistraw total ta’ 4611 student. Fih ukoll rajna numru kbir ta’ studenti li weħlu f’dan l-eżami, b’total ta’ 775 li ma għaddewx.
Minn naħa l-oħra l-aktar żewġ suġġetti mhux popolari mal-istudenti kienu l-Latin u l-Grieg, l-għeruq tal-lingwi klassiċi, fejn l-ebda student ma’ rreġistra biex jagħmel dawn l-eżamijiet.
Statistika dettaljata tas-sessjoni tal-eżamijiet ta’ Mejju 2016 tal-O Levels:
//= $special ?>