Lokali

L-anzjani u l-ħaddiema qed isofru minn sħana tremenda

Is-sħana kbira ta’ dawn il-jiem tas-Sajf qed taffetwa lil bosta, partikolarment anzjani. Aktar u aktar meta s-sistema tal-arja kondizzjonata ma tkunx taħdem!

Dan huwa dak li qed jesperjenzaw bħalissa numru ta’ anzjani fis-sala ‘Fatima’ tal-Blokka Padre Pio fir-Residenza San Vincenz de Paul.

Qraba ta’ anzjani illi tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li s-sitwazzjoni hija “insapportabbli”. Is-sistema tal-arja kondizjonata qed taħdem biss f’nofs is-sala. Il-kamra tal-ikel, per eżempju, ilha sena bla AC.

Anke fil-kurituri u l-kmamar l-arja kondizzjonata tas-sala ‘Fatima’ mhix taħdem.