Internazzjonali

Min hi l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit?

Theresa May hi l-Kap il-ġdid tal-Partit Konservattiv u se tkun it-tieni mara Prim Ministru tar-Renju Unit nhar l-Erbgħa, fejn se tieħu t-tmun tal-pajjiż b’erbgħa nazzjonijiet magħquda f’wieħed mill-aktar żminijiet diffiċli għar-Renju Unit.

Is-Segretarju għall-Intern ta’ 59 sena sabet ruħha f’din il-pożizzjoni wara r-referendum dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala Brexit. Il-Prim Ministru attwali David Cameron, li sejjaħ għal dan ir-referendum, mar kontra r-rieda ta’ numru kbir tal-membri tal-Partit Konservattiv billi ikkampanja sabiex ir-Renju Unit jibqa’ parti mill-Unjoni flimkien mas-27 pajjiż membru ieħor.

Il-fatt li l-partit apponta lilha bħala kap f’dan iż-żmien tant diffiċli turi l-livell ta’ rispett għoli li Theresa May tgawdi fil-Parti Konservattiv.

epa05408697 British Home Secretary Theresa May leaves No10 Downing Street after attending a Cabinet Meeting in London, Britain, 05 July 2016. May is one of the candidates for Conservative party leadership to succeed David Cameron. Tory MPs have started voting on the party's leadership. EPA/WILL OLIVER

Fil-bidu tal-ħajja politika tagħha f’Westminister, Theresa May kienet renomata għall-għażla ta’ żraben li kienet tilbes – iżda kienet ir-rieda iebsa tagħha li ħalliet marka fil-politika. Fl-aħħar 17-il sena li ilha fil-partit, hi rnexxielha tkun waħda mill-ftit nisa li tifforma parti mit-tmexxija tal-Parti Konservattiv.

Min hi Theresa May?

Twieldet: 1 October 1956, għandha 59 sena
Edukazzjoni: gradwat mill-Universita’ ta’ Oxford
Familja: miżżewġa lil Philip May
Xogħol: Membru Parlamentari għal Maidenhead mill-1997, u Segretarju għall-Intern minn Mejju tal-2010
Passatempi: Tisjir, timxi qalb il-kampanja, tisma’ l-musika partikolarment lil Abba, Jersey Boys, Mozart u Elgar

Theresa May kisret rekord, hekk kif hi t-tieni l-aktar Segretarju għall-Intern li serviet fit-tul f’dawn l-aħħar 100 sena.

Missierha, Hubert, kien saċerdot tal-Knisja Ingliża u miet f’inċident bil-karozza meta hi kellha biss 25 sena. Hi twieldet f’Sussex, iżda trabbiet f’Oxfordshire. Theresa May, xhebba Brazier, żżewġet lil Philip May fl-1980. Il-ħbieb ta’ Theresa May jistqarru li minn ta’ eta’ żgħira jiftakru li hi diġa’ kellha aspirazzjoni biex tkun l-ewwel mara Prim Ministru, filfatt fuq intervista fuq l-istazzjon tal-BBC ħbieb stqarru li ma jiftakrux żmien li ma kellix interess fil-politika, u li ma tantx ħaditha tajjeb li Margaret Thatcher leħqet l-ewwel mara Prim Ministru tar-Renju Unit. Iżda bħal Margaret Thatcher, hi studjat fl-Universita’ ta’ Oxford. Waqt li kienet qegħda tistudja hemm, fit-tielet sena ta’ studju, iltaqat mar-raġel tagħha Philip, li kien President tal-Oxford Union li kien renomat biex jifforma żgħażagħ f’ambjent politiku.

Wara li gradwat fil-Geografija, fejn kellha l-ewwel xogħol tagħha mal-Bank of England fejn wara leħqet il-kariga ta’ Head of the Euroepan Affairs Unit of the Association for Payment Clearing Services.

Mill-bidu nett hi riedet ħajja fil-politika, fejn l-ewwel ġiet eletta bħala Kunsillier Lokali f’Merton fin-Nofsinhar ta’ Londra, iżda kompliet sakemm ġiet eletta fil-Parlament tar-Renju Unit. L-ewwel li kkontestat kien fl-1992 f’North West Durham li hu renomat għall-maġġoranza Laburista. fejn ġiet fit-tieni post wara Hilary Armstrong. Fl-istess elezzjoni kkontesta Tim Farron li llum hu l-mexxej tal-Partit Demokratiku Liberali. Sentejn wara ħarġet fuq Barking, fl-Lvant ta’ Londra, fejn marret aktar ħażin mill-ewwel darba, waqt li l-Partit Konservattiv kien qiegħed fl-għaddej fl-agħar żminijiet tiegħu.

Minkejja li fl-1997, il-Partit Laburista żied fil-popolarita’ b’Tony Blair fil-poter, Theresa May irnexxielha tirbaħ is-siġġu minn Berkshire li żammet minn dakinhar sal-llum. Fl-1999 kienet fix-Shadow Cabinet ta’ William Hague bħala Shadow Segretarju għall-Edukazzjoni, u fl-2002 saret l-ewwel Chairman mara tal-Partit taħt Iain Duncan Smith. Fl-2009 kompliet żżid il-popolarita’ fejn ingħatat il-kariga ta’ Shadow Segretarju għax-Xogħol u l-Penzjonijiet. L-aħħar tarġa biex leħqet Segretarju għall-Intern ġiet meta saret il-koalizzjoni bejn il-Konservattivi u d-Demokratiċi Liberali. Minkejja li numru kbir tal-preċedessuri tagħha f’din il-kariga ta’ Segretarju għall-Intern, Theresa May irnexxielha żżomm l-kariga tagħha u tibqa’ popolari mal-pubbliku.

Fl-irwol tagħha bħala Segretarju għall-Intern, hi stqarret li wieħed mill-akbar suċċessi tagħha kien meta Londra evitat attakk terroristiku qawwi u fl-2013 iddeportat lir-radikalista Abu Qatada, u kif ukoll waqqfet l-estradizzjoni lejn l-Istati Uniti tal-hacker tal-kompjuters Gary McKinnon. Minn naħa l-oħra, Theresa May ġiet kritikata meta l-Uffiċju tal-Passaporti u sussegwenatment l-Gvern falla milli jżomm il-wegħda tiegħu u jnaqqas il-migrazzjoni għall-inqas ta’ 100,000 fis-sena.

U dwar Brexit?

Il-frażi li biha baqgħat magħrufa Theresa May hi ‘Brexit means Brexit’, li biha fissret li mhux se jkun hemm referendum ieħor dwar dan ir-rigward, u li r-riżultat tal-maġġoranza jrid jiġi rispettat. Hi stqarret li t-taħdidiet uffiċjali mal-Unjoni Ewropea, li jibdew hekk kif r-Renju Unit jiskattaw l-artiklu 50 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li bih jibda l-proċess biex toħroġ, hi qalet li mhux se jidbew qabel l-aħħar tal-2016. Theresa May insistiet li l-istatus ta’ ċittadini li ġejjin minn stati membri tal-Unjoni Ewropea mhux se jinbidel sakemm ftehim legali jintlaħaq. L-għan tagħha hu li żżomm żewġ drittijiet tal-Unjoni Ewropea, dawk tal-moviment ħieles tas-servizzi, u l-moviment ħieles tal-merkanzija.