Internazzjonali

Se jabdika l-Imperatur Ġappuniż

epa05423059 (FILE) A file picture dated 02 January 2016 shows Japan's Emperor Akihito waves to well-wishers through a bullet-proof glass from a balcony during the New Year's public appearance at the Imperial Palace in central Tokyo, Japan. According to media reports on 13 July 2016, Japanese Emperor Akihito, 82-year-old, has expressed intention to abdicate, a government source said on 13 July. Crown Prince Naruhito, 56-year-old son, is expected to succeed Akihito and ascend the Chrysanthemum throne. EPA/FRANCK ROBICHON

L-Imperatur Ġappuniż Akihito ħabbar li kellu l-intenzjoni li jabdika fil-ġejjieni qrib.
Akihito, li għandu 82 sena, tul dawn l-aħħar snin beda jkollu problemi b’saħħtu u x-xandir nazzjonali Ġappuniż qal li ma jixtieqx jibqa’ fil-kariga jekk saħħtu ma tippermettix.
Hu ilu l-kap tal-Istat għal dawn l-aħħar 27 sena u l-abdikazzjoni tiegħu hi xi ħaġa bla preċedent f’dawn l-aħħar 200 sena.
Hu kien sar Imperatur fl-1989 meta ħa post missieru Hirohito li kellu l-istatus ta’ alla ħaj għall-Ġappuniżi sakemm inkitbet mill-ġdid il-Kostituzzjoni Ġappuniża fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.