Sport

Shaw jibda t-taħriġ ma’ sħabu

Luke Shaw ingħaqad ma’ sħabu ta’ Manchester United għas-sessjoni ta’ taħriġ tal-lum, bil-klabb Ingliż jippubblika l-ewwel ritratti ta’ Mourinho fl-AON Training Complex.

Id-difensur Ingliż ilu xhur barra mill-azzjoni wara injury li sofra kontra PSV is-sena li għaddiet. Ma’ Shaw tħarrġu wkoll l-akkwisti l-ġodda Eric Bailly u Henrikh Mkhitaryan. Ibrahimovic għadu qed igawdi ftit jiem ta’ mistriħ wara l-Euro 2016, u għalhekk għadu ma rritornax f’Manchester.

Fost il-plejers żgħażagħ li niżlu għat-taħriġ ta’ dalgħodu kien hemm James Wilson, Andreas Pereira, Tim Fosu-Mensah, Axel Tuanzebe, Joel Castro Pereira u Dean Henderson.