Il-UĦM Voice of The Workers qed tibqa tinsisti illi jsir skrutinju mill-Awditur Ġenerali fuq il-ftehim tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare dwar il-privatizzazjoni tal-isptarijiet. Dan qalu l-Kap Eżekuttiv tal-Union Josef Vella f’kummenti li għadda fuq Radio 101 waqt il-programm Follow-Up.
Josef Vella insista illi l-Awditur Ġenerali għandu jkollu aċċess għal dan il-kuntratt u jinvestiga bis-serjeta’. “Qabel l-approvazzjoni tal-Awditur, il-MAM u l-UĦM mhux se jiffirmaw”, qal Vella fuq Radio 101.
//= $special ?>