Lokali

Aġġornata: Tinqaleb karozza fis-Siġġiewi

Għall-ħabta tal-17,30 inqalbet karozza fiż-żona tal-Limestone Heritage fis-Siġġiewi. L-aħħar dettalji tal-pulizija qalulna li dan l-inċident bejn żewġ vetturi, vann tat-tip Toyota Townace li kien misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żurrieq filwaqt li vann ieħor tat-tip Isuzu D-Max misjuq minn raġel ta’ 30 sena minn Ħal Qormi. Il-vann tat-tip Isuzu mal-impatt jidher li inqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lix-xufier ta’ 30 sena fejn ftit wara huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Skont l-aħħar rapporti jidher li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.