Internazzjonali

Żewġt itfal jmutu fi vjaġġ ta’ immigranti barra Lesbos

Ħaddiema tas-salvataġġ l-erbgħa ġabru l-katavri ta’ erba’ persuni, fosthom żewġt itfal, u salvaw sitta oħra wara li lanċa mimlija immigranti nqalbet barra mill-gżira Griega ta’ Lesbos.
Lesbos is-sena li għaddiet kienet il-post ewlieni fejn eluf kbar ta’ immigranti kienu qed jiżbarkaw wara vjaġġ li jibda mill-kosta Torka. Suppost hemm ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija biex jieqfu dawn il-vjaġġi.