Lokali

329 jitilfu l-liċenzja fl-aħħar tliet snin wara li tilfu l-punti kollha

Minn Jannar tal-2014 sa Ġunju 2016, 329 xufier tilfu l-liċenzja tas-sewqan wara li tilfu l-punti minħabba ksur fil-liġi.

Dan ħareġ mit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ċensu Galea lill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi dwar kemm persuni ngħataw il-liċenzja tas-sewqan ta’ vetturi fuq l-art matul l-aħħar tliet snin.

L-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Medja tal-Kamra turi li fl-2014 kien hemm 64 persuna li ttieħditilhom il-liċenzja, fl-2015 kien hemm 175 persuna, u sa’ Ġunju tal-2016 kien hemm 90 persuna.

Mill-banda l-oħra, bejn Jannar tal-2014 u Ġunju li għadda, total ta’ 16,776 persuna ngħataw il-liċenzja tas-sewqan ta’ vetturi.