Internazzjonali

Ajruplan li fuqu kien hemm Claudio Baglioni kellu jinżel f’Malta

Ajruplan li kien fuqu il-kantant Claudio Baglioni spiċċa kellu jagħmel inżul f’Malta wara li l-ajruport ta’ Lampedusa ma’ kienx aċċessibli minħabba li qrib ir-runway kien hemm sorġut vapur kbir ħafna li tellef lill-ajruplan milli jinżel.

Dan il-vapur wassal biex l-ajruplan tal-linja tal-ajru Veuling kellu dewmien ta’ madwar 4 siegħat sakemm wasal fid-destinazzjoni tiegħu.

Wara li l-bdot sab diffikultà biex iniżżel l-ajruplan f’Lampedusa kien deċiż li l-ajruplan idur u jinżel Malta u eventwalment għamel xi ħin jistenna fl-ajruport Malti. Dan id-dewmien wassal għall-protesti mill-passiġġieri fosthom Claudio Baglioni.