Ix-xita tal-24 ta’ Ġunju li għadda se tibqa’ mfakkra għall-iktar ġurnata li fiha niżel l-akbar ammont ta’ xita matul din is-sena. Filfatt, Ġunju li għadda hu meqjus bħala t-tieni l-iktar Ġunju milwiem mill-1923. Dakinhar niżlet 32.8mm ta’ xita.
Għalkemm ħafna nies ħasbu li din il-maltempata kienet waħda stramba, skont l-Ufficċju Meteoroloġiku ta’ Malta, din il-maltempata kienet waħda tipika tal-bidu tas-sajf.
Ix-xahar ta’ Ġunju ra wkoll l-ogħla temperatura li ġiet irrekordjata matul din is-sena, dik ta’ 36.2°C. It-temperatura medja tal-arja u kemm dik tal-baħar kienu wkoll kemxejn ogħla min-norma ta’ Ġunju, bit-temperaturi jilħqu massimu ta’ 36.2°C u 23.3°C rispettivament. Mill-banda l-oħra, l-aktar temperaturi baxxi tal-arja u tal-baħar ġew irreġistrati lejn il-bidu tax-xahar u kienu 16.6°C u 19.9°C, rispettivament. Filwaqt illi fis-17 tax-xahar ġiet irreġistrata buffura massima ta’ 41 knot.
//= $special ?>