‘Larry the Cat’ huwa qattus li jgħix fid-dar tal-Prim Ministru Ingliż f’ 10 Downing Street fir-Renju Unit. Larry hu mifhum li twieled fl-2007, u dan il-qattus kien addotat mill-istaff tal-uffiċini fl-2011 wara li ġie salvat minn ‘home’ tal-klieb u l-qtates. Wara li ra dan il-qattus jaqbad il-ġrieden mil-ġonna tal-kwartieri, l-ex-Prim Ministru David Cameron semmih ‘Larry’ u uffiċjalment tah il-kariga ta’ ‘Chief Mouser to the Cabinet Office’. Din il-kariga tfisser li l-qattus ġie mlaħħaq kap tal-kaċċa tal- ġrieden li jidħlu fil-ġonna tal-istess offiċini.
Din il-kariga ila tingħata minn żmien ir-Re Enriku tmienja u Larry huwa wieħed mill-erba’ qtates li uffiċjalment ingħataw din il-kariga. Il-qtates l-oħrajn huma Humphrey Thatcher li kien okkupa r-residenza mill-1989 sa l-1997 u għal ftit żmien serva taħt il-Prim Ministru Margaret Tatcher . Il-qattus l-ieħor jiġi bl-isem ta’ Sybil Darling li okkupa r-residenza mill-2006 sal-2009. Freya hi qattusa oħra, din irtirat mill-kariga tagħha fl-2014.
Dan il-qattus iqatta l-ġurnata jilq’a l-mistiedna u jikkaċja l-ġrieden. Filfatt fost il-mistiedna li laqa Larry kien hemm Barack Obama l-President tal-Amerika.
L-inkwiet ta’ Larry the cat beda meta wara r-riżultat tal-Brexit, l-eks Prim Minsitru David Cameron ħabbar ir-riżenja tiegħu. Dan għaliex issa li rriżenja, Cameron mhux ħa jibqa jgħix f’10 Downing street.F’ waħda mill- konferenzi tal-aħbrijiet qal li b’dispjaċir għalkemm Larry u huwa għall-qalbu, ħa jkollu jħallih f’Downing Street għaliex l-istaff għandhom qalbhom marbuta mal-qattus.
Dan il-qattus kieseb il-popolarita tal-media u saħansitra għamlulu page fuq is-sit ‘Facebook’, ‘Twitter u anke bijografiji onlajn. L-istess ‘home’ li salvat lil Larry qalet li bis-saħħa tal-popolarità tiegħu ġew addotati aktar qtates mis-santwarju.
//= $special ?>