Il-kanċer ma jżommux lura – Jerome jibda triqtu għal social worker

Jerome Frendo, żagħżugħ li ħariġlu l-kanċer tliet darbiet, irnexxielu jgħaddi mill-A levels mal-ewwel tentattiv wara li stinka kemm felaħ minkejja li kien għaddej bit-terapija. U issa se jibda l-kors għal social worker fl-Università biex jgħin lil persuni bħalu li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni.

Ftit wara li rċieva r-riżultati tal-eżamijiet, fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Jerome indirizza lill-kanċer u qallu biex jiprepara ruħu għall-battalja oħra, l-istudju tal-Università.

Jerome Frendo

Jerome, li issa għandu 19-il sena, diġà ngħata l-aħbar tliet darbiet li kellu kanċer f’siequ l-leminija.

jerome cancer

Jerome huwa sinonimu ma’ Puttinu Cares. Fil-fatt hu ta l-kick-off tal-maratona għal ġbir ta’ fondi ta’ Puttinu Cares ta’ din is-sena. Propjament, hu kellu jagħti l-kick-off is-sena l-oħra iżda lejlet il-ftuħ kien ingħata l-aħbar li l-kanċer reġa’ tfaċċa.