Il-kap tal-istazzjon ta’ Andria ammetta mal-investigatur li ħalla waħda mill-ferroviji li kienu
involuti fil-ħabta fatali ta’ nhar it-Tlieta barra Bari. Ħabta li kienet tinvolvi żewġ ferroviji li kienu qed jivvjaġġaw tul linja waħda bejn Andria u Corato.
Fit-traġedja 23 persuna tilfu ħajjiethom u 52 oħra ndarbu.
Iżda Vito Piccarreta, il-kap tal-istazzjon ta’ Andria, insista li l-ħtija ta’ dak li ġara ma kinitx kollha tiegħu. Investigaturi qed jaraw ukoll għaliex kien hemm sistemi ta’ allert antikwati tul ir-rotta.
L-unika mezz li l-istazzjonijiet fiz-zona kellhom biex jinfurmaw lil xulxin f’kaz ta’ emerġenza kienet sistema antika tat-telefon li tmur lura għas-snin sittin.
Jammetti li għamel l-iżball fatali fit-traġedja ta’ Bari
