Aġenzija tal-aħbarijiet b’rabtiet mal-ISIS, l-Amaq, ikkonfermat li Omar Shishani, mexxej militari ewlieni tal-grupp militanti Iżlamiku, kien inqatel.
F’Marzu l-Istati Uniti kienet ħabbret li Shishani, magħruf bħala ċ-Ċeċen, kien inqatel f’attakk mill-ajru. Issa l-Amaq qed tgħid li hu nqatel waqt il-ġlied f’Mosul fl-Iraq.
Ismu proprja kien Tarkhan Batirashvili u kien meqjus bħala l-konsulent militari ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap tal-ISIS. Hu kien meqjus bħala l-Ministru tal-Gwerra tal-ISIS.
Konfermat li nqatel il-‘Ministru tal-Gwerra’ tal-ISIS
