Ewropa

Konrad Mizzi jirrapreżenta lil Malta fil-laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija

Dak li sippost huwa Ministru bla portafoll fil-Gvern ta’ Muscat, Konrad Mizzi, ilbieraħ wasal is-Slovakkja għas-summit tal-Ministri Ewropej tal-Enerġija. Dan ir-ritratt (meħud mill-filmati uffiċjali tal-UE) juri lil Konrad Mizzi dieħel għal-laqgħa tal-bieraħ fi Bratislava.

Dan kien l-ewwel summit li attenda għalih Konrad Mizzi minn mindu Muscat ħabbar is-suppost re-shuffle fil-Kabinett tiegħu.

Jidher illi fil-laqgħa mal-Ministri tal-UE Konrad Mizzi tkellem dwar il-politika tal-Gvern Malti għall-qasam tal-enerġija.