L-istilista tax-xagħar ta’ Hollande qed jitħallas kważi 10,000 ewro fix-xahar

epa05424324 French President Francois Hollande closes his eyes after a televised interview following the Bastille Day Parade at Elysee Palace in Paris, France, 14 July 2016. EPA/FRANCOIS MORI / POOL MAXPPP OUT

Il-poplu, fil-preżent, qed jiddiskuti u jevalwa l-aħbar li l-istilista tax-xagħar tal-President Franċiż, Francois Hollande, qed jitħallas kważi 10,000 ewro fix-xahar.
Il-kont ‘għall-qata’ tax-xagħar ta’ Hollande’ żvelah il-ġurnal satiriku Le Canard Enchaine li żvela wkoll li l-istilista partikulari – identifikat biss bħala Olivier B – qed jivvjaġġja ma’ Hollande waqt ħafna mill-vjaġġi tal-President barra l-pajjiż.
Intant, l-aħbar dwar il-ħlas impressjonanti lill-istilista tax-xagħar reġa’ qajjem id-dibattitu politiku dwar l-infiq ta’ flus mhux neċessarju mill-Gvern tal-President Soċjalista.