It-tim nazzjonali Malti tal-futbol kompla jinżel fir-rankings tal-FIFA meta issa jinsab fil-176 post wara li tilef 10 postijiet mix-xahar l-ieħor. Malta issa tinsab taħt Tahiti filwaqt li tinsab fuq pajjiżi bħal Laos, Samoa, Vanuatu u Cambodia u Solomon Islands.
Minn naħa ta’ fuq, kollox baqa’ l-istess bl-ewwel ħames postijiet ma jinbidlux biex b’hekk l-Arġentina għadha fl-ewwel post, il-Belġju fit-tieni filwaqt li l-Kolombja, il-Ġermanja u ċ-Ċili jkomplu l-ewwel ħames postijiet. Iċ-Champions il-ġodda l-Portugall telgħu żewġ postijiet u issa jinsabu fis-sitt post filwaqt li l-finalisti tal-Euro 2016 Franza telgħu 10 postijiet biex jinsabu fis-7 post.
Spanja u l-Brażil tilfu żewġ postijiet kull wieħed, bl-Italja tirkupra żewġ postijiet biex għaqdu l-ewwel għaxar postijiet. Wales li kellhom kampjonat ewropew pożittiv qabżu 15-il post u telgħu fil-11-il post, bil-Kroazja u l-Polonja jitilgħu 12 u 11-il post, fil-15 u s-16-il post rispettivament.
It-tim Ingliż tilef żewġ postijiet u niżel għat-13-il post. L-Iżlanda tim ieħor li ħalla impressjoni fil-Kampjonat Ewropew tela’ 12-il post u jinsab fit-22 post. L-aktar tim li tela’ postijiet kienu New Zealand li telgħu 54 post biex issa jinsabu fit-93 post filwaqt li l-Belize tilfu 50 post biex niżlu għal 164 post.
//= $special ?>