Internazzjonali

Min se jkun il-Viċi ta’ Trump u Clinton?

epa05422075 A supporter as Democratic Presidential candidate Hillary Clinton appears with former Democratic Presidential candidate Bernie Sanders together at an event at Portsmouth High School in Portsmouth, New Hampshire, USA, 11 July 2016. Sanders, who had run against Clinton in the Democratic Primary endorsed Clinton at the event. EPA/CJ GUNTHER

Hemm possibbilta kbira li Donald Trump, il-kandidat Repubblikan għall-Presidenza, aktarx jagħżel lil Mike Pence, il-Gvernatur tal-Istat ta’ Indiana, biex ikun il-kandidat tiegħu għall-kariga ta’ Viċi President.
Hu mistenni li Trump iħabbar il-kandidat il-Ġimgħa.
Nhar it-Tlieta, Trump, waqt rally politiku f’Indiana stqarr li ma kienx jaf jekk Pence kienx se jibqa’ Gvernatur inkella Viċi President u ftit wara ngħaqad mal-kandidat Repubblikan fuq il-palk.
Oħra li qed jissemmew jinkludu lil Newt Gingrich, l-eks-Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Gvernatur ta’ New Jersey Chris Christie u l-eks-Logutenent Ġenerali Michael Flynn.
Fil-każ ta’ Hillary Clinton, li wkoll se tkun konfermata uffiċjalment bħala l-kandidat tal-Partit Demokratiku fil-ġranet li ġejjin, hemm spekulazzjoni dwar min se tagħżel għall-kariga ta’ Viċi President.
Fost dawn qed jissemgħu Tim Kaine, Senatur minn Virginia u Elizabeth Warren, Senatur minn Massachusetts. Fil-każ ta’ Warren, qabel ma bdiet il-kampanja Presidenzjali, ħafna Demokratiċi kienu qed jagħmlu pressjoni fuqha biex tikkontesta. Għalkemm anki fil-każ ta’ Clinton, apparti Warren u Kaine, hemm diversi ismijiet oħra li qed jissemmew.