Lokali Qorti

Traffikant tad-droga ma jingħatax għomor ħabs – hekk kif ammetta li hu ħati

Traffikant tad-droga ingħata seba’ snin u nofs ħabs flimkien ma’ multa’ €23,000 wara li stqarr li hu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Mubarak Bawa ta’ 25 sena residenti l-Gżira, ġie akkużat b’pussess ta’ 372 gramma eroina u 331 gramma ta’ paracetamol u kaffeina, li dawn tal-aħħar jikkumplimentaw mal-konsum tad-droga eroina. Hu inqabad bil-pussess ta’ sustanzi illeċiti fl-2013.

Espert tal-Qorti stqarr li s-sejba tad-drogi jammontaw għall-valur ta’ €27,100 u b’persentaġġ ta’ purita’ ta’ 22%. Fl-akkużi miġjuba kontrih, il-Pulizija ressqet il-fatt li hu nstab li kellu passaport u liċenzja tas-sewqan falsifikati.

L-Imħallef Edwina Grima fis-sentenza tagħha stqarret li l-piena marbuta ma’ każijiet bħal dawn normalment tingħata għomor il-ħabs, iżda hi ħadet inkonsiderazzjoni l-fatt li ż-żgħażaugħ minn Niger ikkollabora mal-Pulizija u stqarr li kien ħati fl-2014. L-Imħallef qalet ukoll li l-fatt li għadu żgħir fl-eta’ u l-kondotta ta’ qabel ma nqabad bis-sustanzi, sentenza ta’ għomor ħabs ma kinitx tkun adekwata f’din iċ-ċirkustanza.

Fl-istess sentenza, l-Imħallef irrimarkat li Mubarak Bawa ikkonfoffa ma’ terzi persuni fir-rigward tat-traffikar tad-droga, u kif ukoll kien se jassisti fl-importazzjoni tat-tieni konsenja tad-droga kokaina.