Fil-Qorti beda jinstema’ l-appell li għamel il-Gvern u l-Partit Laburista kontra d-deċiżjoni li l-PN jingħata ż-żewġ siġġijiet Parlamentari illi ittieħdulu bi żball waqt il-proċess tal-għadd tal-voti fl-elezzjoni ġenerali tal-2013.
Fl-ewwel seduta tal-lum ġew trattati punti legali, bil-Qorti tiddiferixxi l-kawża għas-26 ta’ Settembru li ġej. Dakinhar għandha ssir it-trattazzjoni finali f’dan l-appell, qabel tingħata s-sentenza finali mill-Qorti.
F’deċiżjoni kkomunikata fl-aħħar ta’ Mejju li għadda, il-Qorti kienet ordnat biex il-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet parlamentari oħra. Skont is-sentenza tal-Qorti, li għad tista’ tkun appellata, ifisser li l-Kummissjoni Elettorali trid tiddikkjara żewġ kandidati tal-PN eletti.
Wara li l-Gvern kien ħabba illi se jagħmel dan l-appell, il-PN kien ikkundanna bil-qawwa l-aġir ta’ Joseph Muscat li għal tliet snin sħaħ għamel minn kollox biex il-kawża tittawwal sabiex iżomm maġġoranza akbar fil-Parlament milli jistħoqqlu.
Saħaq li l-appell li se jagħmel Joseph Muscat se jirrabja aktar lin-nies li ilhom tliet snin jistennew ġustizzja.
Il-PN kien sostna illi dan l-aġir qed isaħħaħ aktar minn qatt qabel id-determinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex il-politika onesta tirbaħ fuq l-istil politiku ta’ Joseph Muscat.
//= $special ?>