Fl-istess ġranet li fihom, il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jagħmel diskors wara l-ieħor fid-dibattitu dwar il-Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, d-Deputat Laburista Michael Falzon kompla bl-attakk feroċi li fetaħ fil-ġimgħat li għaddew fuq l-istituzzjoni tal-Awditur Ġenerali.
Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna dawn l-attakki fuq waħda mill-ftit istituzzjonijiet li għad baqa’ indipendenti f’pajjiżna. Fid-dawl tal-attakk feroċi li kompla lbieraħ filgħaxija, l-Partit Nazzjonalista qed jistaqsi lill-Prim Ministru jekk hux se jieħu passi kontra Michael Falzon, li, bi kliemu, qed jimmina din l-istituzzjoni indipendenti ta’ pajjiżna.
Malli sar Prim Ministru, Joseph Muscat ħataf l-istituzzjonijiet kollha f’pajjiżna, fosthom il-Korp tal-Pulizija, l-Forzi Armati ta’ Malta, l-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS, kif ukoll bosta istituzzjonijiet oħrajn. Tant li, flok iservu lin-nies, dawn l-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex iservu lil Muscat u l-klikka tiegħu.
L-attakk tal-Partit Laburista fuq l-istituzzjoni tal-Awditur Ġenerali hija konferma ta’ kemm l-istess Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat mhux veru jemmen fi standards għolja għal min jokkupa kariga pubblika. Id-diskorsi tal-Gvern huma biss diskorsi ta’ double speak.
//= $special ?>