Lokali

AĠĠORNATA BIL-FILMAT : Raġel jinqabad bejn ħajt u trakk f’Birkirkara

Ritratt : Maria Muscat

Raġel indarab serjament f’inċident f’Birkirkara, wara li trakk saq fuqu. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar fi Triq iż-Żerniq.

L-inċident seħħ hekk kif trakk rass lir-raġel, u għaldaqstant ir-raġel inqabad bejn it-trakk u ħajt.

Mal-ewwel fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza li ħadet lir-raġel immedjatament lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

Aktar dettalji fil-ħin illi ġej.