Animazzjoni ġdida turi kif seta’ seħħ l-attakk terroristiku tal-bieraħ f’Nizza, Franza. Fl-attakk, inqatlu 84 persuna u waqt li għexieren oħra indarbu, uħud minnhom fil-periklu tal-mewt.
Fl-animazzjoni, magħmula minn sit tal-aħbarijiet Russu, jidher it-trakk iserrep fost in-nies waqt li jtajjar lil dawk kollha quddiemu. Fl-aħħar, it-trakk inaqqas il-veloċità wara li uffiċjali tas-sigurtà jisparaw fid-direzzjoni tat-trakk. Aktar tard, it-terrorista nqatel mill-Pulizija.
Ara: Ir-rotta ta’ żewġ kilometri li t-terrorista saq sakemm inqatel mill-Pulizija
//= $special ?>