Wara l-poloz tat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League, telgħu wkoll il-poloz tat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. Wara li Balzan u Hibernians ġew eliminati fl-ewwel rawnd, l-uniku tim Malti li fadal fil-kompetizzjoni huma Birkirkara li għaddew għat-tieni rawnd wara li għaddew minn fuq it-tim mill-Bożnija Siroki Brijeg b’aggregate ta’ 3-1.
Ilbieraħ l-Istripes kellhom prestazzjoni pożittiva meta żammew fi draw ta’ mingħajr gowls lit-tim Skoċċiż ta’ Hearts. Dan ir-riżultat fisser li jekk Birkirkara jirbħu jew jiġu draw bil-gowls, allura l-Istripes jgħaddu għat-tielet rawnd għall-ewwel darba fejn fl-eventwalità, l-avversarji tagħhom ikunu r-Russi ta’ Krasnodar.
//= $special ?>