Kevin Vella, persuna li ġibed l-ammirazzjoni ta’ kulħadd għall-mod kif affronta l-isfidi tal-ħajja minkejja d-diffikultajiet li kellu, ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Mosta.
Il-funeral kien espressjoni ta’ appoġġ għall-familja ta’ Kevin, speċjalment il-mara tiegħu Rita, li flimkien ma’ żewġha Kevin iffurmaw koppja partikolari li taw eżempju ta’ kemm fil-ħajja d-determinazzjoni kapaċi tegħleb kull sfida.
Ir-rikoxxximent li kellu Kevin tul ħajtu kien espress mhux biss mill-kongregazzjoni kbira li attendiet fil-knisja tal-Mosta, iżda wkoll mid-dinjitarji li attendew fosthom l-Aġent President ta’ Malta Dolores Cristina, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farriugia il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, l-eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u diversi politiċi oħrajn.
Il-quddiesa, li kienet konċeleberata mill-Arċisoqf Emeritus Pawlu Cremona, kienet deskritta bħala festa f’ġieħ Kevin.
Kevin u l-mara tiegħu Rita kienu koppja eżemplari li minkejja d-diżabbiltà tagħhom iffurmaw familja u kienu ta’ eżempju ta’ kuraġġ u determinazzjoni mhux biss għal min għandu xi forma ta’ diżabbiltà, iżda wkoll għal min jaħsel jaqta’ qalub mill-ħajja.
//= $special ?>