Lokali

Il-Monument tas-Sette Giugno għandu jitpoġġa viċin il-Parlament

Hekk kif bħalissa għaddej żmien ta’ konsultazzjoni dwar il-post addattat għall-Monument tas-Sette Giugno li jikkomemora l-ġrajjiet tal-1919, il-Partit Nazzjonalista jemmen li dan il-Monument tas-Sette Giugno għandu jitpoġġa viċin il-Parlament. Il-Partit Nazzjonalista qed jieħu din il-pożizzjoni għaliex jemmen li biex tkun rispettata l-istorja ta’ dan il-Monument, il-post addattat għalih huwa viċin l-aktar istituzzjoni għolja ta’ dan il-pajjiż.

Il-Partit Nazzjonalista f’isem il-Kelliem tal-Kultura Karl Gouder appella biex dan isir b’rispett sħiħ għad-dehra tal-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta u l-ispazju tal-madwar, fosthom l-ispazju kreattiv u Pjazza Teatru Rjal.

Fl-2010, il-Monument ta’ Sette Giugno kien tressaq temporanjament fil-Ġnien ta’ Hastings biex ikun jista’ jsir il-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ.