Lokali

“Int kont aktar min ħija, int kont l-akbar ħabib” – Ħu Kevin Vella

“Int kont aktar min ħija, int kont l-akbar ħabib”, dawn huma kliem Anton Vella, ħu Kevin Vella li ħalla din id-dinja iktar kmieni din il-ġimgħa. Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Anton kiteb li Kevin kien dejjem hemm għalih kemm f’mumenti diffiċli u anki biex jaqsam ħsibijiet miegħu. ‘Fefinu’, kif kien isibu ħuh, dejjem wrieħ rispett u imħabba bla kundizzjoni. Anton kompla jgħid li se jimmisjah u li se jħalli vojt kbir warajh. Hu talab lil ħuh biex jitlob għal bqija tal-qraba u ħbieb tiegħu li ħalla warajh.
Kevin Vella ta’ 38 sena ħalla din id-dinja wara li għamel 9 t’ijiem rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar wara li seraq u ma rkuprax minnha. Hu kien sinonimu ħafna għall-ħidma tiegħu fil-qasam tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità. Filfatt hu l-fundatur tal-grupp tal-Muscular Dystrophy. Kevin kien ukoll miżżewweġ lil Rita Vella Borg għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Il-funeral ta’ Kevin se jsir illum fl-4.30pm fil-Knisja tal-Mosta. Il-klabb tal-Juventus f’Malta qed iħeġġu lin-nies li se jattendu biex jilbsu flokkijiet tal-Juventus peress li Kevin kien partitarju ta’ dan it-tim.