Jekk ippjanajt xi ġurnata baħar lejn tmiem din il-ġimgħa, prova evita dawn il-postijiet: Golden Bay, Għajn Tuffieħa, Fond Għadir f’Tas-Sliema u l-Perched Beach f’Buġibba. Dan minħabba li huwa previst mewġ għoli u kurrenti kbar f’dawn il-postijiet.
Dan ħareġ minn twissija lill-pubbliku mill-għaqda tas-Salib l-Aħmar fMalta peress li r-riħ mistenni jilħaq Forza 6 u Forza 7 u l-mewġ mistenni jogħla sa 4 metri.
Apparti minn dawn il-bajjiet, jekk tinnota bajja li tkun immarkata b’bandiera ħamra doppja tfisser ukoll li mhux sigur għall-għawm u jkun jaqbel jekk tevita li tgħum f’dawk il-postijiet. Filfatt, f’postijiet immarkati b’din il-bandiera il-lifeguards mhux obbligati li jinżlu fil-baħar fil-każ li jinqala xi ħaġa.
Xerred dan l-artiklu biex nevitaw xi inċident.
//= $special ?>