Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li akkwistaw lil Mehdi Benatia b’self mingħand Bayern Munich b’għażla li jagħmlu t-trasferiment permanenti l-istaġun li ġej. L-eks difensur ta’ Roma kien ngħaqad ma’ Bayern Munich fl-2014 għal somma ta’ €26 miljun, iżda se jirritorna fl-Italja għal somma ta’ €3 miljuni. F’każ li l-Bianconeri jkunu jridu jagħmlu t-trasferiment permanenti jridu jħallsu €17-il miljun.
Qabel ma ngħaqad ma’ Bayern Munich, Benatia lagħab għal erba’ staġuni fis-Serie A ma’ Udinese u Roma. B’kollox lagħab 46 partita f’żewġ staġuni taħt Pep Guardiola fejn skurja tliet gowls. Benatia b’hekk sar it-tielet akkwist ta’ Juventus wara l-akkwisti ta’ Miralem Pjanic u Dani Alves.
//= $special ?>