Mit-Turkija bdew deħlin l-ewwel rapporti ta’ mwiet, fost l-oħrajn persuna li ġera’ lejn l-uffiċjali tal-armata, allegatament jgħajjat Allahu Akbar qabel inqatel mill-istess uffiċjali (ritratt)
L-aħħar rapporti jindikaw ukoll li għaddejja battalja fir-residenza Presidenzjali, fejn żewġ ħelikopters militari saħansitra ppruvaw jinżlu.
Dan hekk kif numru ta’ partitarji tal-President Tayyip Erdogan irrispondew għall-appell tal-istess President biex jinżlu fit-toroq bħala turija ta’ appoġġ, u allura jiċħdu curfew li ġie ddikjarat mill-parti tal-armata li qed tipprova twettaq kolp ta’ stat.
Ritratti u rapporti oħra jindikaw splużjoni kbira fil-kapitali Torka, filwaqt li jingħad li l-kap tal-militar Tork inqatel, u li l-mexxejja tal-Forzi tal-Ajru u tal-Art tal-armata Torka huma wara l-attentat kolp ta’ stat.
//= $special ?>