Internazzjonali

L-agħar attakki minn militanti Iżlamiċi fi Franza

ATTENTION EDITORS - VISUAL COVERAGE OF SCENES OF INJURY OR DEATH - Bodies are seen on the ground July 15, 2016 after at least 30 people were killed in Nice, France, when a truck ran into a crowd celebrating the Bastille Day national holiday, July 14, 2016. REUTERS/Eric Gaillard TEMPLATE OUT. NYTCREDIT: Eric Gaillard/Reuters

Marzu tal-2012: Raġel armat joqtol seba’ persuni f’Toulouse u Montauban. Il-vittmi kienu jinkludu għalliema u tlett itfal fi skola għal Lhud.

Jannar tal-2015: Il-belt ta’ Pariġi tgħaddi minn tlett ijiem ta’ terrur, fejn irġiel armati joqtlu 17 il-persuna. It-terrur beda bl-attakk fuq il-ġurnal satiriku Charlie Hebdo fejn inqatlu numru ta’ ġurnalisti u wara seħħew aktar attakki, b’wieħed partikulari jimmira għal supermarket għal-Lhud fil-kapitali. Id-dmija tintemm bil-qtil tat-terroristi mill-pulizija waqt assedji rispettivi.

Ġunju tal-2015: Raġel b’suspettati rabtiet ma’ radikali Iżlamiċi joqtol u jbiċċer lill-imgħallem tiegħu wara li kien saq karozza lejn zona ta’ fabbrika fejn jinżammu l-likwidi li jieħdu n-nar faċilment. L-inċident partikulari kien seħħ fil-belt ta’ Lyon.

Novembru tal-2016: Il-famużi attakki koordinati tal-ISIS fil-qalba ta’ Pariġi, fejn terroristi suwiċida armati sa snienhom qatlu 130 u ħallew ‘il fuq minn 350 midruba. L-offensiva tal-ISIS fuq din il-belt għadha l-agħar waħda terroristika fl-istorja ta’ Franza.

Ġunju tal-2016: Raġel li kien ħalef lealtà lill-ISIS joqtol żewġ pulizija fl-inħawi ta’ Magnanville, qrib ta’ Pariġi.