Minkejja li pajjiżna magħruf għaż-żieda kbira fl-ammont ta’ turisti li qed iżuru pajjiżna għall-festivals li qed jiġu organizzati f’Malta, bosta żgħażagħ Maltin qegħdin ifittxu esperjenza barra minn xtutna. Il-gosti fil-mużika jvarjaw, minn jippjana jitla’ għal Tomorrowland fil-Belġju li ta’ kull sena jiġbed miljuni ta’ żgħażagħ, u min jipprova jiskopri festivals oħra li qegħdin iħallu l-marka tagħhom fuq skala Ewropea. Dawn huma ftit mill-aktar festivals li ż-żagħażagħ Maltin qegħdin ifittxu:
Glastonbury
Glastonbury huwa magħruf bħala l-akbar festival li fih ikun hemm wirjiet ta’ arti fid-dinja, u li kienet ta’ eżempju għall-numru kbir ta’ festivals li ġew warajha. Dan il-kunċert li jittella’ fl-Ingilterra hu renomat, għaldaqstant biex wieħed jirnexxilu jidħol ġewwa ikun hemm kju twil ta’ nies, minbarra li l-aċċessibilita’ għalih hi waħda kemmxejn diffiċli.
Sziget
Sziget huwa wieħed mill-akbar kunċerti li fih multikulturalismu fl-Ewropa. Beda jittella’ mill-1993. Ta’ kull sena jattira mal-400 elf żgħażagħ minn madwar 70 pajjiż. Il-festival jittella’ fl-Ungerija fil-qalba ta’ Budapest. Hu magħruf għall-esperjenza kompleta ta’ esperjenza ta’ mużika u kultura.
Tommorowland
Tomorrowland hu magħruf bħala wieħed mill-akbar festivals fid-dinja tal-ispettaklu. Fih tindaqq mużika elettronika, u jitella’ fil-belt ta’ Boom fil-Belġju ftit il-bod minn Antwerp u Brussell. Ilu jiġi organizzat mill-2005.
Pukkelpop
Pukkelpop festival fil-belt ta’ Hasselt fil-Belġju. Jiġi organizzat lejn l-aħħar ta’ Awwissu, u dejjem qed iżid il-poplarita’. Hu magħruf għat-tipi varji ta’ mużika li jindaqqu fil-kunċert. Ilu jittella’ mill-1990.
Colours of Ostrava
Colours of Ostrava hu festival magħruf għat-tipi varji ta’ mużika li jindaqqu fih. Hu festival riċenti li ilu jittella’ biss mill-2012, propju fuq sit ta’ fabbrika antika tal-minjieri. Il-festival ġewwa ir-Repubblika Ċeka jsir fil-belt ta’ Ostrava. Minkejja li għadu kemmxejn ġdid, dan il-festival dejjem qed iżid fl-attendenza.
//= $special ?>