Btala ‘tal-ħolm’ ta’ missier u ibnu f’Nizza fi Franza spiċċat intemmet ħesrem wara l-attakk terroristiku tal-bieraħ. Sean Copeland ta’ 51 sena u ibnu Brodie ta’ 11-il sena t-tnejn tilfu ħajjithom waqt l-attakk tal-bieraħ.
Sean u Brodie, Amerikani minn Austin Texas, marru fuq btala f’Nizza flimkien ma’ omm Brodie u ż-żewġ ħutu sabiex jiċċelebraw Jum Bastilja.
Fuq il-midja soċjali kienu ħafna dawk tellaw messaġġi ta’ dieqa u kuraġġ lil Kim, omm it-tfal u l-mara ta’ Sean.
Fost il-kummenti kien hemm ħafna li kkummentaw kemm il-missier kien persuna ġenwin u kemm it-tifel kien qrib tiegħu. Brodie kien famuż ukoll għat-talent li kellu fil-logħba tal-baseball.
L-attakk terroristiku ħalla warajh 84 vittma u mijiet oħra jinsabu midruba fosrhom 54 tifel u tifla li ttieħdu l-isptar għall-kura.
//= $special ?>